Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Ħ’Attard

Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel ta’ 43 sena minn Buġibba ttieħed l-Isptar Mater Dei, is-Sibt wara nofsinhar wara li kien involut f’inċident f’Ħ’Attard.

Kelliem għall-pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-12.15pm fi Triq it-Torba.

L-inċident seħħ bejn mutur u karozza. Ir-raġel li ttieħed l-isptar kien qiegħed isuq mutur filwaqt li l-karozza kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 23 sena miż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u l-kundzzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.