Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Ħal Lija

Malta Police Force

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ ħafif meta kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Ħal Lija.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Vjal it-Trasfigurazzjoni fit-8.05am. Il-ħabta seħħet bejn mutur misjuq minn Ġermaniż ta’ 18-il sena li jgħix il-Mosta u karozza misjuqa minn raġel ta’ 54 sena minn Ħal Lija. Dan tal-aħħar ma weġġax.

Ir-raġel it-tieħed l-isptar b’ambulanza.