Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Ħad-Dingli

Ian Noel Pace

Ħabta bejn mutur u karozza f’Ħad-Dingli wasslet sabiex is-sewwieq tal-mutur iweġġa’ gravi.

Kelliema għall-Pulizija spejgat li l-każ seħħ għall-ħabta tad-8.40am fi Triq il-Merill. Il-ħabta seħħet bejn mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Mosta u karozza misjuqa minn raġel ta’ 51 sena minn Ħad-Dingli. Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.