Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Birkirkara

Stock Image

Raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara li kien qed isuq mutur weġġa’ gravi meta ħabat ma’ karozza f’Birkirkara.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Psaila għas-2.30 pm. Ir-raġel li huwa mill-Eritrea ttieħed l-isptar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Il-karozza involuta fl-inċident kienet qed tinstaq minn mara ta’ 27 sena minn Birżebbuġa.