Aġġornata (1): Sewwieq tal-mutur jilef il-kontroll fl-Imrieħel

Malta Police Force

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li waqa’ ġo gandott bil-mutur.

Iktar kmieni kien irrappurtat li s-sewwieq ħabat ma’ vettura oħra, skont l-ewwel informazzjoni li rċievet il-Pulizija. Iktar tard iżda l-kelliem għall-Pulizija qal li s-sewwieq li għandu 49 sena mix-Xgħajra tilef il-kontroll.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-każ ma’ Newsbook.com.mt, u qal li l-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar il-Ħadd fi Triq Royal Malta Artillery magħrufa bħala l-bypass tal-Imrieħel.

Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-Pulizija mis-sezzjoni tat-traffiku kienu fuq il-post fejn mill-istħarriġ preliminari sabu li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ ġo gandott.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.