Sewwieq ta’ mutur jitlef ħajtu fiċ-Ċirkewwa

Kmieni dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku fi triq taċ-Ċirkewwa. F’dan l-inċident, raġel ta’ 60 sena residenti l-Mosta, tilef ħajtu waqt li kien qed isuq il-mutur f’ħabta head-on ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 64 sena ukoll residenti l-Mosta. Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-maġistrat tal-għassa ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta. Iktar stħarriġ mill-Pulizija għadu għaddej.