Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara incident fix-Xewkija

Raġel ta’ 55 sena residenti x-Xewkija jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-mutur li kien qed isuq baqa’ dieħel ġo ħajt fi Triq l-Imġarr, fix-Xewkija. Konsegwentament huwa sofra ġrieħi gravi.

Ilbieraħ, għal ħabta tal-4:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident stradali.  Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li vettura u mutur kellhom impatt u kawża t’hekk il-mutur kellu impatt qawwi ma’ ħajt.

Il-vettura kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 32 sena. Fil-vettura kien hemm ukoll ġuvni ta’ 27 sena, it-tnejn residenti Kerċem. 

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.  Għal ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel jinsab fil-periklu tal-mewt kawża tal-ġrieħi serji li sofra.  Aktar tard ir-raġel inġieb l-Isptar Mater Dei.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li apponta inkjesta bl-għajnuna tal-esperti. Huwa mifhum li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.