Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi fil-Gudja

CMRU

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara ħabta fil-Gudja

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ ilbieraħ fit-7.40pm fi Triq Dawret il-Gudja. Is-sewwieq tal-mutur, li huwa Taljan ta’ 30 sena resident Marsaskala għal xi raġuni ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Gudja.

Fuq il-post issejaħ tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.