Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur jiltef ħajtu f’ħabta ma’ karozza tal-linja

Sewwieq ta’ mutur li għandu 45 sena minn Birżebbuġa tilef ħajtu f’ħabta ma’ karozza tal-linja fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.45an fi Triq Għajn Tuffieħa.
Il-mutur kellu impatt max-Xarabank li kienet qed tiġi misjuqa fid-direzzjoni opposta minn żagħżugħ ta’ 22 sena, minn Ħaż-Żebbuġ.
Tim mediku ssejjaħ immedjatament iżda s-sewwieq ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie infumat l-Maġistrat tal-Għassa li ordna inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.