Sewwieq ta’ mutur jeħlisha ħafif wara ħabta f’San Ġiljan

Maltese Roads Traffic Updates

Sewwieq ta’ mutur ħelisha ħafif wara li kien involut f’ħabta f’San Ġiljan ilbieraħ filgħaxija.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.10pm fi Triq San Andrija.

Il-ħabta seħħet bejn karozza li kenet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti Baħar iċ-Ċagħaq u mutur misjuq minn raġel ta’ 28 sena mill-Isla.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Hu kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.