Sewwieq ta’ mutur jeħlisha ħafif wara ħabta fil-Gżira

Sewwieq ta’ mutur ħelisha ħafif wara ħabta fil-Gżira lbieraħ filgħaxija.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fid-9.15pm fi Triq Testaferrata, kantuniera ma’ Triq Enrico Mizzi.

Il-ħabta seħħet bejn mutur u karozza. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 24 sena min-Naxxar. Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 27 sena mis-Sri Lanka u jgħix Ħal Qormi. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.