Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ wara li tilef il-kontroll

Sewwieq ta’ mutur qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart fi Triq Giuseppe Garibaldi.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li ż-żagħżugħ ta’ 29 sena minn Ħal Safi għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.