​Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi

Raġel li kien qed isuq mutur weġġa’ b’mod gravi wara li ħabat bih.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10:15pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.
Skont il-Pulizija, ir-raġel ta’ 47 sena residenti San Ġwann, għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u kellu impatt ma’ ħajt. 
Ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei.
Ritratt: Arkivji