Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-Gudja

Raġel ta’ 29 sena miż-Żejtun sofra ġrieħi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku bejn mutur u karozza.
L-inċident seħħ fi Triq Dawret il-Gudja għall-ħabta tas-6:45pm.
Fuq il-mutur kien hemm ukoll passiġġiera mara. Hi, flimkien mas-sewwieq, taru minn fuq il-mutur malli ħabtu mal-karozza.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ team mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.  Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.