Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Ambulanza-emergenza
Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel ta’ 60 sena weġġa’ gravement meta l-mutur li kien qed isur kellu ħabta ma’ karozza fi Triq it-Torri, Tas-Sliema, nhar is-Sibt filgħodu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.10am. Ir-raġel ta’ 60 sena, ta’ nazzjonalità Ungeriża, kien qe isuq mutur Niu meta kien involut f’ħabta ma’ Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Gżira.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija tad-distrett għadhom għaddejjin.