Raġel ta’ 32 sena minn Għajnsielem weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fir-Rabat Għawdex.
Kien għall-ħabta tal-10.30am fi Triq Gedrin, meta seħħet ħabta bejn il-mutur u vann misjuq minn raġel ta’ 40 sena mill-Għarb.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.