Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Santa Venera

Raġel ta’ 31 sena mill-Iklin weġġa’ gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Is-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll tal-vettura fi Triq Braille, Santa Venera. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30pm.

Ambulanza ssejħet minnufih fuq il-post fej ħadet lis-sewwieq l-isptar għal aktar kura. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.