Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi

Sewwieq ta’ mutur ta’ 45 sena minn Birżebbuġa weġġa’ gravi hekk kif kien involut f’ħabta ma’ vettura fi Birżebbuġa stess.

Skont stqarrija tal-pulizija, ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, il-Pulizija marret fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta, li kien hemm ħabta bejn mutur  u vettura, misjuqa minn raġel ta’ 29 sena, residenti Birżebbuġa wkoll.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei, permezz ta’ ambulanza u ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.