Aġġornata: Ġrieħi ħfief għas-sewwieq li weġġa’ b’mutur f’Burmarrad

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ ħafif f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad.
Newsbook.com.mt hu infurmat li kien għall-ħabta tas-7.15pm fi Triq Burmarrad, meta seħħet il-ħabta bejn il-mutur u karozza misjuqa minn mara ta' 50 sena.
Is-sewwieq tal-mutur, li għandu 51 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, filwaqt li l-mara ma ġarrbet ebda ġrieħi.
Ritratt: Arkivji