Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ f’inċident f’San Ġwann

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ f’inċident fiż-żona industrijali ta' San Ġwann.
L-inċident seħħ fi Triq Dun Karm fis-1.10pm bejn il-mutur misjuq minn raġel ta' 36 sena mis-Swieqi u vann misjuq minn raġel ta' 33 sena minn Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku fejn iċċertifika li s-sewwieqa kienu qed isofru minn ġrieħi ħfief.