Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ f’ħabta fil-Belt

Raġel ta' 60 sena mill-Għagħur ġarrab xi ġrieħi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fil-Belt Valletta.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar, f'ħabta bejn mutur u vann fi Triq San Mark.
Il-vann kien qed jinstaq minn Rabti ta' 38.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.