Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Sewwieq ta’ mutur li għandu 34 sena u li hu residenti Wied il-Għajn, sofra ġrieħi serji iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ kmieni wara nofsinhar fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa.

Mill-istħarriġ preliminari tal-pulizija rriżulta li l-mutur kien involut f’ħabta ma’ vettura misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena residenti Ħal Luqa. Dan tal-aħħar ma sofra ebda ġrieħi fl-inċident.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei fejn qed jinżamm għall-kura.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.