Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Mutur karozzi accident msida marina
Arkivji

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi meta kien involut f’ħabta ma’ vettura. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5.30pm, fi Triq San Pawl, Naxxar.

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur li fuqu kien hemm raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura misjuqa minn mara ta’ 34 sena min-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.


L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.