Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara li skidja

Raġel ta’ 41 sena residenti l-Fgura sofra ġrieħi gravi meta skidja bil-mutur tiegħu għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu fi Triq Reġjonali, Santa Venera.

Hu mifhum li s-sewwieq tal-mutur ipprova jevita vettura bil-konsegwenza li skidja. Hu ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi, iżda b’xorti tajba ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.