Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żejtun sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu għal ħabta tas-sebgħa fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.

Irriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur u vettura. Il-vettura kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 25 sena residenti Ħaż-Żabbar. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.