Sewwieq ta’ mutur imut f’ħabta ma’ double decker fin-Nadur

Miguela Xuereb

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur miet wara li kien involute f’ħabta ma’ double decker fin-Nadur.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fis-12.45pm fi Triq ir-Rabat. Jidher li l-inċident seħħ bejn mutur li kien qed jinstaq minn Libjan ta’ 28 sena residenti ż-Żebbuġ u double decker li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 61 sena residenti Santa Luċija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza. Ir-raġel miet ftit tal-ħin wara. Dwar il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret inkjesta.