Sewwieq ta’ mutur gravi wara li ttajjar minn karozza

Sewwieq ta’ mutur spiċċa l-isptar bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Mannarinu, għall-ħabta tad-9am, xħin ir-raġel li għandu 38 sena u joqgħod Ħal Balzan, ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ vettura misjuqa minn anzjan ta’ 68 sena li joqgħod il-Marsa.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat bil-ġrieħi msemmija.