Sewwieq ta’ mutur gravi wara inċident il-Furjana

jaqa travu gravi

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu kellu inċident bil-mutur.

Dan ġara fi Triq Nazzjonali fl-10.30am.

Il-Belti ta’ 30 sena tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ minn fuqu. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadu l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, ħareġ li l-ġrieħi li għandu huma ta’ natura gravi.