Sewwieq ta’ mutur gravi wara inċident f’Ħal Qormi

aċċident mutur San Ġiljan

Sewwieq ta’ mutur ta’ 50 sena weġġa’ gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għan-11.50am. Dan ġara fi Triq il-Ħelsien. Il-ħabta kienet bejn il-mutur u karozza misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Qormi. Is-sewwieq tal-mutur joqħgod Ħal Balzan.

Ir-raġel ta’ 50 sena ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.