Sewwieq ta’ mutur gravi wara inċident f’Ħal Qormi

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li r-raġel, li għandu 57 sena minn Ħal Qormi stess ħabat ma’ karozza misjuqa minn żagħżugħa ta’ 25 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Iż-żagħżugħa ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15pm fi Triq Manwel Dimech.

Ritratt: Ian Noel Pace