​Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta ma’ karozza

Sewwieq ta’ mutur ta’ 42 sena ttieħed l-isptar wara li sofra ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li għall-ħabta tas-6:15pm kien hemm ħabta bejn il-mutur u karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 64 sena residenti Birżebbuġa. Is-sewwieq tal-mutur joqgħod Wied il-Għajn. L-inċident seħħ fi Triq San Filippu, Birżebbuġa.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Ritratt: Arkivji