​Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta ma’ karozza

Arkivji

Raġel li kien qed isuq mutur weġġa’ b’mod gravi meta ħabat ma’ karozza fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tas-1:30pm.
Skont il-Pulizija, il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Mosta. Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 30 sena li joqgħod f'Birkirkara.