Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta l-Imdina

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’ħabta l-Imdina.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ ilbieraħ fis-6.50pm fi Triq Tal-Infetti. Il-ħabta seħħet bejn mutur misjuq minn Indjan ta’ 23 sena residenti l-Imsida u karozza misjuqa minn raġel Taljan.

L-Indjan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.