Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Santa Venera

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Santa Venera.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp fid-8.40pm. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena mir-Renju Unit, resident l-Għargħur. Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 36 sena resident San Pawl il-Baħar.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.