Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Santa Venera

CMRU

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara ħabta f’Santa Venera.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fis-1.15pm fi Triq il-Kappillan Mifsud. Il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabet li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Kalkara u karozza misjuqa minn mara ta’ 52 sena residenti Pembroke.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.