Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta fiż-Żurrieq

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta fiż-Żurrieq.

Skont il-Pulizija, il-każ seħħ ilbieraħ fil-11.30pm fi Triq il-Belt Valletta. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti ż-Żurrieq u mutur misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 63 sena l-Isptar Mater Dei.