Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta fis-Swieqi

Read in English.

Ħabta bejn mutur u karozza fis-Swieqi wasslet sabiex sewwieq ta’ mutur jindarab gravi.

Fi stqarria l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fid-9.20pm ilbieraħ fi Triq Sant’Andrija. Il-karozza kienet misjuqa minn Ċiprijott ta’ 20 sena residenti s-Swieqi stess. Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 38 sena resident Marsaskala.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.