Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta fin-Naxxar

Ħabta fin-Naxxar li seħħet ilbieraħ waranofsinhar wasslet sabiex sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fl-3.45pm fi Triq is-Salina. Fuq il-post issejħu l-Pulizija li sabu li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Mellieħa, u karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena residenti Ħ’Attard.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.