Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta fil-Qala

Sewwieq ta’ mutur għandu ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta fil-Qala.

L-inċident ġara lbieraħ, għall-ħabta tas-6pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kunċizzjoni.

Taljan ta’ 37 sena residenti n-Nadur kien qiegħed isuq mutur meta tilef il-kontroll u waqa’.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.