Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta fil-Gżira

CMRU

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident fil-Gżira.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fil-11.30pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli, direzzjoni lejn San Ġiljan.

Mill-ħidma tal-Pulizija tad-Distrett instab li l-ħabta seħħet bejn mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 37 sena resident Pembroke u karozza li kienet qed tinstaq minn raġel Irlandiż ta’ 44 sena resident San Ġwann.

Fuq il-post issejaħ tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.