Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta fil-Gżira

Arkivji

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 1.15pm fi Triq Dr Ġużè Miceli fejn seħħet kollużżjoni bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 60 sena u mutur misjuq minn Taljan ta’ 50 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar. Kawża tal-impatt il-mutur ħabat f’żewġ oħra li kienu pparkjati.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.  Iktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.