Sewwieq ta’ mutur ta’ 63 sena ndarab gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza fil-Gudja.
Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Dawret il-Gudja fl-3.45pm. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu li kien hemm ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 42 residenti l-Fgura u l-mutur misjuq mir-raġel residenti l-Gudja.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ir-raġel mill-Gudja mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.