Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’ħabta f’Ħal Tarxien. Fi stqarrija l-pulizija spejgaw li l-inċident seħħ fis-5.45am fi Triq tal-Barrani.
Il-ħabta seħħet bejn mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 37 sena miż-Żejtun u karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena minn Raħal Ġdid. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur.
Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.