Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Għawdex

Raġel ta’ 59 sena li kien qed isuq mutur weġġa’ gravi meta ħabat ma’ karozza f’Għawdex.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident  li seħħ fi Pjazza Savina fir-Rabat għall-ħabta tat-3:25 pm.
Is-sewwieq tal-mutur, residenti r-Rabat Għawdex, ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 62 sena mill-Kerċem.
Ir-raġel ta’ 59 sena ttieħed l-isptar ta’ Għawdex b’ambulanza. Is-sewwieq tal-karozza ma weġġax.