Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Għajnsielem

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’ħabta f’Għajnsielem.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fis-12.45pm fi Triq l-Imġarr. Fih kienu involuti mutur u karozza. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 20 sena resident s-Sannat. Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 57 sena resident l-Munxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Wara r-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza.