Sewwieq ta’ mutur gravi l-isptar

Sewwieq ta’ mutur ddaħħal Mater Dei bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Ħal Qormi għall-ħabta tas-2.05pm, meta r-raġel ta’ 48 sena residenti l-Fgura ħabat bil-mutur ħabat ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 23 sena li wkoll toqgħod il-Fgura.
Il-mara ma sofriet ebda ġrieħi.
Ritratt: Arkivji