Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara li ħabat fil-Mellieħa

Sewwieq ta’ mutur ta’ 37 sena minn Santa Venera jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30pm fi Triq l-Armier.
Is-sewwieq tal-mutur baqa’ dieħel f’ħajt u tar f’għalqa wara l-ħajt.
Tim mediku u pulizija mill-għassa tal-Qawra marru fuq il-post.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika. 
Ritratti: Aaron Camilleri (Facebook)