Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident fin-Naxxar

Żagħżugħ ta’ 23 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut b’inċident bil-mutur fin-Naxxar.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45pm ilbieraħ fi Triq Leli Falzon. Jidher li r-raġel li kien qed isuq mutur, għal xi raġuni tile fil-kontroll u ħabat f’karozza ipparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Dwar il-każ infetħet inkjesta immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Vixtor Axiaq.