Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta ma’ karozza

Ambulanza-Mater-Dei
Miguela Xuereb

Raġel ta’ 25 sena residenti Santa Venera ttieħed l-isptar Mater Dei f’ambulanza wara li kien involut f’inċident bil-mutur. Huwa jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-inċident bejn il-mutur u l-karozza seħħ fi Triq il-Mosta Ħal-Lija għall-ħabta tas-7pm. Fi stqarrija l-pulizija qalet li s-sewwieq tal-karozza huwa raġel ta’ 42 sena residenti Birkirkara.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater u ġie ċċertifikat li ndarab serjament.

Dwar dan l-inċident, ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli u ħatret inkjesta. Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Matul il-lejl li għadda żagħżugħ ta’ 19-il sena tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.