Ritratti: Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 tas-Sibt filgħodu fi Triq Għajn Tuffieħa bejn mutur u karozza.

Fl-inċident kienu involuti raġel ta’ 59 sena residenti l-Imġarr li kien qed isuq karozza u raġel ta’ 64 sena residenti r-Rabat li kien qed isuq il-mutur.

Fuq il-post kien hemm ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Parti mit-triq fid-direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar ingħalqet għat-traffiku, il-Pulizija qalet fi stqarrija.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġie infurmat bil-każ.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.